Iż-Żmien tal-Milied

Iż-Żmien Tal-Milied

christmas_time_by_miss_rabbit-d35majp

Fil-Milied niccelebraw it-twelid ta’ Gesu’ fostna.  Dan jigi fil-25 ta’ Dicembru. Fid-dar narmaw il-presepju u nzejnu s-sigra tal-Milied bi dwal kollu kuluri sbieh u ndendlu maghha xi bocci jew qniepen ikkuluriti.  Fil-hwienet u t-toroq insibu hafna tizjin armat sabih.

Fil-lejl ta’ qabel il-Milied nippreparaw xi gallettini u tazza halib biex meta jigi  l-“Father Christmas” jaghtina r-rigali li nkunu ghidnielu biex igibilna, jsibhom hemm u johodhom. Taht is-sigra tal-Milied insibu hafna rigali sbieh li nkunu qlajna.  F’dak il-lejl ukoll, immorru nisimghu l-prietka tat-tifel fil-knisja u wara noqoghdu ghal quddiesa ta’ nofs il-lejl.  F’dan iz-zmien, naqilghu u naghtu hafna rigali sbieh.  Fi zmien il-Milied inkunu mistednin f’hafna festini jew ikliet fosthom tal-futbol u anke naghmlu festin d-dar mal-familjari.  Qabel nibdew il-vaganzi tal-Milied, fl-iskola naghmlu kuncert tal-Milied li jsir quddiem it-tfal kollha u l-genituri taghna.  Fl-ahhar gurnata tal-iskola jkollna l-purcissjoni tal-bambin Gesu’ u wara jsir festin fil-klassi ma’ shabi.  Ahna jkollna d-diski fejn inkunu nistghu nizfnu xi zifna u noqoghdu nilaghbu  flimkien.

Fil-vaganzi tal-Milied insiefru go pajjiz fl-Ewropa fejn insibu s-silg u t-temperatura tkun kiesha hafna.  Bis-silg li jkun hemm fl-art tkun tista taghmel ragel tas-silg u anke nissuttaw lil xulxin. Xi kultant jien immur ghand il-kugini u noqghod nilghab maghhom bil-kompjuter jew bil-ballun.  Fit-toroq, fil-hwienet u fid-djar insibu hafna tizjin tal-Milied u nisimghu xi melodiji tal-Milied. L-ikel tradizzjonali Malti huwa l-“Christmas Log”, kejk tal-Milied, dundjan, torti tal-lewz, pudina u qaghaq tal-ghasel.  Nibaghtu u nircievu hafna kartolini b’awguri u xewqat sbieh.

Matul zmien il-Milied hawn min jiccelebra gheluq sninu u ghalhekk hafna drabi jkun jisimhom Noel jew Nathalie.  L-ghada tal-Milied, tigi organizzata attivita ta’ gbir ta’ flus jisimha “L-Istrina” biex ikunu jistghu jghinu tfal bi bzonnijiet specjali u ghaqdiet ohra.  Waqt din l-attivita ikun hemm hafna nies li jaghtu sehemhom u l-ghajnuna taghhom minghajr hlas.  Din l-attivita’ tigi organizzata mill-President ta’ Malta Dr. George Abela.

Il-Milied huwa specjali ghax huwa zmien ta’ ferh u solidarjeta’, fejn ir-rigali ma jonqsux  u jkollna l-vaganzi tal-iskola.

 

Luca Perrone

 

 

 

One thought on “Iż-Żmien tal-Milied

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s